Id-Direttur Generali tal-GRTU, is-Sur Vince Farrugia fuq programm ta' diskussjoni lokali għoġbu jżeffen lill-għalliema fil-kwistjoni Ewro. Dan il-bravu qal li l-gvern messu bagħat l-għalliema jedukaw lill-poplu fis-Sajf meta ma jkunux fuq il-postijiet tax-xogħol tagħhom.
Ma jafx is-Sur Farrugia li l-għalliema m'għandhomx leave matul is-sena u allura s-Sajf huwa sa ċertu punt forced leave tagħhom? Min qal lis-Sur Farrugia li l-edukazzjoni dwar l-Ewro kienet kompetenza ta' l-għalliema?
Nisperaw li s-Sur Farrugia ma jerġax jiżloq fin-niexef u jieħu ħsieb in-negozjanti fil-unjin tiegħu u impjegati ta' unjins oħra jħallihom fil-kwiet.
Prezzijiet għad-dritt
Is-Sur Farrugia insista li n-negozjanti mhux qed jabbużaw meta qalbu prezzijiet Maltin għal dawk ta' l-Ewro. Ħafna mill-prezzijiet huma maqlubin b'mod korrett. Biss wieħed ma jistax jinsa li kien hemm ħafna negozjanti li bdew iżidu l-prezzijiet bil-mod sa mis-sena l-oħra. Apparti dan minħabba l-għoli fil-prezz tal-qamħ, ħafna prodotti qegħdin jogħlew fil-prezz b'mod kontinwu. Li ma nafux hu jekk dawn iż-żidiet humiex ġustifikati u kif in-negozjanti qed jasal għalihom. Fuq din ma jitkellimx is-Sur Farrugia? Dan biex ma nsemmux iż-żidiet fil-prezz tas-servizzi li nqatgħu għad-dritt biex ikollhom figura tonda bl-Ewro. Din ġrat ukoll fuq ħafna prodotti. Nisperaw li s-Sur Farrugia jkollu l-kuraġġ li din jammettiha għax l-konsumatur qed jesperjenzaha kontinwament. Lis-Sur Farrugia ngħaddulu kemm irid eżempji ta' ħwienet li qatgħu għad-dritt. U bil-ħaqq issa nistennew lill-UĦM tgħidilna li l-prezzijiet ma għolewx!!!
Saturday, 12 January 2008
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment