Saturday, 12 January 2008

Joanne Drake u l-Ewro

Kont sorpriża ħafna bil-kummenti ta' Dr Joanna Drake fuq il-blog tagħha rigward l-introduzzjoni ta' l-Ewro f'pajjiżna u l-għoli tal-prezzijiet. Lil Dr Drake kont nagħmilha partiġġjana ħafna jew għallinqas kelli dik l-impressjoni. Forsi minħabba l-mod kif kienet titkellem fil-kampanja tar-Referendum għad-dħul ta' Malta fl-UE.

Joanna Drake qalet li kienet imħassba jekk f'ċerti każi l-għoli tal-prezz kienx ġustifikat u staqsiet jekk konniex preparati għal din il-bidla. Iktar tard kienet ikkritikata minħabba dawn il-kummenti u kien hemm min taha l-impressjoni li ma kellhiex għalfejn titkellem. Hija qalet li l-interess tagħha kien il-konsumatur.

Dan il-blog jifraħ lil Drake li tkellmet f'isem il-konsumatur mingħajr kantunieri partiġġjani.

No comments: