Saturday, 12 January 2008

Iz-zjara tal-Juve

l-orizzont

Iż-żjara tal-Juve f'Malta, fl-opinjoni tiegħi, reġgħet ħarġet l-agħar tal-karattru Malti. Erġajna rajna pulċinellati li m'humiex denji ta' poplu emanċipat fl-2008. Nies ineħħu l-barrikkati tal-pulizija u jużawhom slielem biex jaraw erba' plejers jittrenjaw kont nistenna naraha f'xi pajjiż fejn għad ma telgħetx ix-xemx.

Lanqas ma nista għaliha li supporters Juventini jibbujaw plejers Maltin bħalhom. Ara x'pastażata!! U din l-ewforija kollha fuq klabb ta' futbol li ftit ilu kellu riħa seba' pesti ta' korruzzjoni, kienet daqsxejn esaġerata.

Prosit lil Valletta FC

Wara dan l-għaġeb kollu, Juve tilfu. Flok kien hemm min qal prosit, ħafna ilsna ħżiena infexxew f'kummenti bla sens. Min qal li l-logħba kienet irranġata u min qal li Juve ħallew lill Belt jirbħu u ħafna minn dan. Ara klabb bħal Juve jixtieqx jitlef kontra klabb Malti!! Fidili!!!

F' programm fuq stazzjoni lokali, xi ħadd irrimarka tajjeb ħafna li kellu bżonn l-entużjażmu li rajna kif tfaċċaw il-plejers ta' Juventus, narawh ukoll meta fil-grawnd naraw plejers Maltin bil-flokk nazzjonali.

No comments: