Saturday, 12 May 2007

Il-gurnalista Armena

Ftit ilu qam daqsxejn ta' storbju fuq gurnalista Armena li harbet minn pajjizha u talbet ghal stat ta' refugjat ghaliha u ghall-familja taghha. Il-gurnalista allegat li meta kixfet xi skandlu politiku f'pajjizha, hija sfat mhedda u allegat li jekk tmur lura pajjizha kien hemm cans li tbati l-konsegwenzi.

L-Ingilterra cahdet it-talba ta' l-Armena ghal stat ta' refugjat u din intbaghtet lura pajjizha. Nassumi li la l-Inglizi cahdu din it-talba, sinjal li din il-gurnalista ma kellhiex kaz sod biex tkun refugjata. Ma nahsibx li ser nghallmu l-Inglizi kif jiddeciedu fuq dawn il-kazijiet.

Biex marret lura l-Armenja din il-proxxmu u l-familja taghha ghaddew minn Malta. U hawn qam l-inkwiet. Il-kumitat tal-gurnalisti Maltin qal li din il-gurnalista tkecciet mill-Ingilterra fejn, qalu huma, kellha status ta' refugjat. L-ambaxxata Ingliza wiegbet u qalet li l-gurnalista Armena qatt ma kellha stat ta' refugjat.

Ghalhekk ta' min il-kumitat tal-gurnalista Maltin jiccekkja l-affarijiet qabel jghidhom. Fil-fatt il-gurnalista ma talbitx status ta' refugjat f'Malta sakemm telqet lejn l-Armenja meta kellha kull dritt li taghmel dan. Minn dak iz-zmien ma smajna xejn aktar fuq din il-gurnalista. Ta' min kieku l-kumitat tal-gurnalisti Maltin jghidilna x'gara minnha la darba kienu huma li hargu b'din l-istorja.

Ta' min ukoll jigbed l-attenzjoni tal-kumitat tal-gurnalisti Maltin biex jiehdu hsieb il-kazijiet ta' ingustizzja li jkollna f'dan il-pajjiz u li suppost huma aktar qrib taghhom ghax facilment jistghu jinvestigawhom.

No comments: