Meta beda l-istagun li fih nisperaw li jzuru pajjizna ammont sostanzjali ta' turisti, dawra ma' Bugibba laqqghatna ma' diversi aspetti li xejn ma jaghmlu gid lill-industrija tat-turizmu. Niskantaw kif il-komunita tan-negozjanti ma jipprotestawx fuq dak li rajna f'Bugibba. L-ewwel ma laqatna kien borg enormi ta' gebel imwaqqa' li thalla fuq il-post. Hadd ma
kien qed jahdem fuq is-sit. Innutajna diversi turisti jharsu lejn dan il-gebel u krejn enormi li thalla fuq il-post. Min gietu l-idea brillanti li jibda dan ix-xoghol ta' twaqqiegh issa proprju f'dan iz-zmien, messu jinghatu l-Premju Nobel ghall-aktar idea originali. Ta' min jinnota li dan qed isir quddiem zewg lukandi ewlenin u ghadd ta' appartamenti li jinkrew lit-turist.Imbaghad imiss il-Premju Nobel ghax-xoghol ghal dak jew dawk li baghtu l-haddiema jaqilghu l-bankina ghal xi raguni jew ohra fis-sitta ta' wara nofsinhar bi storbju shih tal-jag hammer. Xi turisti li kienu fil-gallarijiet jiehdu ftit xemx spiccaw bit-tanbur ta' widnejhom imtaqqab b'dan l-istorbju. Dan biex ma nsemmux ukoll li l-haddiem koncernat ma kellux apparat biex jipprotegieh kontra dawn il-hsejjes.

Il-Premju Nobel ghall-Ambjent zgur li jmur ghand min ghogbu jehles minn pultruna li ghal xi raguni jew ohra dejqitu billi jitfaghha f'kantuniera fl-istess triq fejn hemm l-bqija ta' l-inkwiet li semmejna. Il-Kunsill Lokali wkoll missu jara li jnaddaf malajr kemm jista jkun dak li n-nies jitfghu barra. Veru li ma nistghux niskuzaw lil min jarmi barra, biss ghal gid ta' kulhadd ghandu jkun hemm sistema efficjenti ta' tindif aktar u aktar f'zona turistika.

No comments:
Post a Comment