Jien ma nafx min qered is-sigar ta' Foresta 2000. Min ghamel il-hsara, hu min hu, ma ghamilx sew. U s'hawn kollu ovvju. Ma kienx hemm ghalfejn imur kontingent nies bil-kameras u l-gurnalisti ma' saqajhom biex jghidu dan. Lanqas kien hemm ghalfejn l-ambaxxatur Taljan jghidilna li ma nibzghux ghal uliedna. Jekk irid jibza ghall-ulied pajjizu jinzel sa Sqallija u jiehu hsieb l-qghad u l-problemi socjali ta' pajjizu.
Lil hinn min dan kollu, qerda ta' sigar saret ukoll f'postijiet ohra. Kaz klassiku hu meta nqerdu sigar tac-cipress maturi fejn l-Amerikani ser jibnu l-ambaxxata taghhom f'Ta' Qali. Dawn is-sigar kienu, u ghadhom, protetti. Madankollu xorta nqerdu u hadd ma tkellem. La l-Ministru, la l-ghaqdiet ambjentali u l-ebda ambaxxatur jew kumpanija privata. Kienet biss l-orizzont li harget b'dan il-kaz.
Fl-Ghallis ta' gewwa minhabba l-mizbla fuq progett tal-gvern inqerdu ghadd kbir ta' sigar tal-harrub maturi. F'diversi postijiet ohra madwar Malta s-sigar ikunu mhedda minn progetti tal-privat. I
Ix-xeni li rajna nhar il-Hamis fil-Foresta 2000 messhom jirrepetu ruhhom kull darba li ssir xi qerda ambjentali.
Saturday, 12 May 2007
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment