Prosit lil Olivia Lewis ghar-rebha taghha bil-kanzunetta Vertigo. Ikolli nghid, Olivia messha ilha li rebhet ghax ghandha vuci eccellenti, kunfidenza fuq il-palk u dejjem kellha kanzunetti tajbin. Jiena certa li Olivia ser tkun ambaxxatrici denja tal-poplu Malti u Ghawdxi. Ser insegwu l-avventura taghha fil-Eurovision mill-qrib u jkun xi jkun ir-rizultat, ahna kburin biha ghax ser tirrapprezenta lil pajjizna.
Prosit lil Michael Mifsud li qed jilghab barra mill-pajjiz ma' tim fl-Ingilterra. Niehdu gost bis-success tieghu u nawgurawlu.
Prosit lit-tim tar-rugby Malti li ghal aktar minn darba ghamilna kburin bir-rizultati li gab.
Prosit li dawk kollha li jhallu l-pajjiz biex jaghmlu volontarjat fejn hemm bzonn inkluz il-missjunarji u l-membri tal-kleru. Dawn ukoll jaghmluna kburin.
Xejn prosit lill-plejer li dahhak in-nies bih fil-grawnd wara li nqala xi glied u ghamel xi mossi ndecenti. Ma jafx dan il-plejer li fil-grawnd kien hemm it-tfal u messu wera aktar rispett??? Ma jafx li bhala sportiv ghandu jaghti ezempju?
Sunday, 11 February 2007
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment