Sunday, 11 February 2007

Kummentarju

Ilbierah ircevejt kumment li fost kliem li ma stajtx nippublika, il-gentili persuna li kitbitu talbitna nikkritikaw l-Oppozizzjoni (jew ahjar il-leader ghax semmieh b'ismu). Jekk dan jew ohrajn jahsbu li ghandna xi agenda politika sejrin zball. Kull kumment, sakemm ma jkunx fih kliem hazin, jigi ppublikat. Ircevejna diversi kummenti mhux xierqa. Dawn u ohrajn bhalhom ma jigux ippublikati. Lil dak li baghat l-ahhar kumment nghidulu siehbi, tieghek ma kienx xieraq li nippubblikawh. Barra dan il-kumment intlabna minn persuna ta' moviment pjuttost gdid biex ma nibghatulux aktar dan il-link ghax qed nahlulu hinu. Mhux bidu tajjeb ghalih u lanqas ghall-moviment tieghu li waqt li quddiem il-kameras jghid kemm hu patrijottiku u kemm irid itejjeb l-affarijiet, lilna kitbilna li dan il-blog hu hela ta' hin.

Rigward il-politika, il-ministri prezenti u l-bqija tal-kabinett huma Maltin bhali. Ghalhekk ghandhom igawdu r-rispett tieghi u tal-Maltin kollha. Meta jmorru barra mill-pajjiz, nistenna li l-barranin igibulhom rispett u jekk le iweggghu lili wkoll ghax jien Maltija bhalhom. B'daqshekk ma jfissirx li ma ssirx kritika jew li nibqghu ma nafux nidhqu bina nfusna.

Tal-Karnival ukoll tajba. Ser tidhol is-satira kkontrollota u bil-permess. Dawn x'affarijiet huma???!! Mela biex taghmel satira trid titlob permess? Din x'satira hi? U jekk hadd ma jaccetta li ssir din is-satira allura f'dan il-pajjiz hadd ma jaghmilha?

Il-politic huma eskluzi minn din is-satira. Hadd ma jista jidhak bihom. Imma bl-NGO, unions, professjonisti u bik u bija jistghu!!! Fid-dinja kollha ssir satira fuq persuni pubblici nkluz il-politici. Ma nafx x'inhi l-problema f'Malta?

Possibbli fl-2007 f'Malta Ewropeja ghad hawn min jibza jsemma lehnu biex ma jirfisx xi kallu? Ghax konna ser nibdew naghmlu xi haga nteressanti rajna kif ghamilna u nehhejna l-gost!

No comments: