
Ghaddewlna dan ir-ritratt biex ingibuh f'din il-blog. Ma konniex nafu l-istorja tieghu. Ir-ritratt ittiehed quddiem ir-Roman Villa. Il-karru nghata l-isem Kavallier qalbieni u tfassal minn Anton Aguis, skultur maghruf Rabti, bl-ghajnuna ta' hafna voluntieri. Dan il-karru nhadem ghal dik li kienet maghrufa bhala l-Battle of Flowers li kienet issir fl-ewwel ta' Mejju.
Dan il-karru kien sahhar lil kull min rah. Fil-kompetizzjoni kien gie t-tieni. Kien hemm ftit dizappunti li gie fit-tieni post. Id-destin tieghu kien li nharaq hdejn ir-Roman Villa fir-Rabat.
No comments:
Post a Comment