Tuesday, 19 December 2006

Abbuz minn storja ta' tifel?

Il-kaz tat-tifel Ghawdxi li l-Magistrat ordna li jintbaghat lura ma' ommu l-Ingilterra kulhadd sema' bih. Ma nistax nifhem x'gid sar meta periccna storja privata ta' familja fil-medja. Inqala dak li nqala minhabba li l-genituri huma mifrudin. Jekk it-tifel imurx l-Ingilterra jew jibqax Malta ma taghmilx daqshekk differenza. It-tbatija ta' tfal b'genituri mifrudin qeghda hemm u hemm ser tibqa dment li l-genituri ma jirrangawx id-differenzi ta' bejniethom.
Meta dehru filmati tat-tifel fuq il-medja lokali, inghata kunsens biex dan jitperrec fuq stazzjonijiet tat-televizjoni?
Huwa etikament korrett li sentimenti privati ta' tifel minorenni jixxandru fuq il-medja?
It-tifel kien konxju li ser jidher fuq il-medja?

No comments: