Wednesday, 20 December 2006

Wied Hoxt


Minkejja l-paroli kollu li jinghad fuq ambjent u mhux ambjent, in-nuqqas ta' sensittivita ghall-ambjent taghna tara kullimkien. Mur dur fil-kampanja u tara sfregji kullimkien. Bini tiela llegalment, ghelieqi jiddawra b'hitan tal-franka, ghelieqi jintuzaq biex fihom jitpogga ingenji. Insomma dawra ma' l-ambjent Malti jispikkaw l-abbuzi. Il-Gvern kien wieghed u sewwa ghamel li l-ambjent se jkun prijorita. Hekk ghandu jkun.

Illum se nillimita ruhi fuq Wied Hoxt. Nghid ghalija kont naf b'dan il-wied izda ma kontx naf li jghidulu Wied Hoxt.

Suppost li llum qabel isir xi progett kemm tal-Gvern kif ukoll tal-privat, iridu jsiru l-istudji mehtiega fuq l-impatt ambjentali. F'pajjizna dan ftit li xejn qieghed isir. Skond il-medja lokali, f’Wied Hoxt ghad m’hemmx permess tal-MEPA biex isiru xoghlijiet izda xorta l-post iddawwar bil-fildiferru u tpogga xi materjal. F’dan il-wied mhux qed jigu protetti l-flora u l-fawna specjalment pjanti li jghixu hemm biss

IL-KONKRIT MA JSEBBAHX IL-WIED!!!!!!Din il-kultura tal-bricks u l-konkrit f’dan il-pajjiz qed iddejjaqni u qed teqred l-originalita u s-sbuhija naturali ta’ pajjizna.

Nahseb li l-ambjentalisti u ghaqdiet ambjentali ghandhom jaghmlu l-pressjoni biex ix-xoghol ma jinbediex qabel ma jsiru l-istudji anke skond direttivi ta’ l-istess Unjoni Ewropeja.

No comments: