Monday, 21 January 2008

Appell ta' tifel Iranjan

Fil-paġna Mid-dinja tax-xogħol ta' Joellson Bezzina fuq l-orizzont tal-11 ta' Jannar sibt artiklu vera nteressanti. Jitkellem dwar trejdunjonista Iranjan li ilu mid-9 ta' April tas-sena l-oħra l-ħabs minħabba l-ħidma tiegħu favur il-ħaddiema u d-drittijiet umani. Amnesty International tkellmet fuq il-każ u qalet li Mahmoud Salehi huwa prisoner of conscience.

Fl-artiklu ta' Bezzina hemm ittra tat-tifel ta' Salehi li qed jagħmel appell internazzjonali għall-għajnuna biex missieru jinħeles. Il-karba ta' tifel li jinsab mingħajr imħabba tal-missier dejjem iġġib dieqa. Fuq kollox Salehi huwa marid serjament u mhux qed jingħata kura.

Dan il-blog iħeġġed il-qarreja jiffirmaw petizzjoni biex jinħeles Salehi fuq din il-link:

http://amnesty.org.uk/actions_details.asp?ActionID=386

0 comments: