Sunday, 27 January 2008
Alfred Sant u l-media
Dalgħodu qrajt l-artiklu fuq il-faċċata ta' quddiem ta' The Sunday Times fejn Herman Grech qal li x'aktarx l-elezzjoni ssir fit-8 ta' Marzu ma' l-elezzjoni tal-kunsilli lokali. Fl-artiklu ssemma' Dr Alfred Sant u reġa' ssemma' x'kien l-inkwiet mediku tiegħu. Jien ma nistax nifhem u qatt ma fhimt mill-bidu ta' din is-saga għaliex in-nies, ġurnalisti u oħrajn riedu bilfors ikunu jafu eżatt x'ġara lil Alfred Sant. Ma setax Herman Grech għamel referenza għal major surgery? Kien hemm għalfejn jerġa' jsemmi għaliex din saret? X'relevanza għandu dan kollu issa? Lanqas meta kien marid Eddie Fenech Adami ma kienet biċċa tan-nies. Qal x'ġara għax ried u għamel sew jekk ħass li għandu jgħid. Biss ma nafx għalfejn kull darba rridu noqogħdu nirrepetu x'ġara f'Diċembru lil Alfred Sant. Kull meta naqra dawn l-affarijiet inħossni qed naqra l-fajl mediku privat li mhux suppost ġie f'idejja. Mhux aħjar nawguraw lil Alfred Sant fejqan ta' malajr u nkomplu b'xogħolna?
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment