Saturday, 12 May 2007

Eurovision

Ergajna kellna dizappunt iehor fil-Eurovision. Niddejjaq hafna nisma lil kulhadd iwahhal f'xulxin ghaliex Malta m'ghaddietx mill-eliminatorja. Zgur li mhux tort ta' Olivia Lewis. Safejn naf jien Lewis ghandu wahda mill-ahjar vucijiet li ghandna f'Malta. Fuq kollox marret Helsinki ghax ivvutawlha l-Maltin. Il-Bord dejjem iddefenda l-ghazla tal-kanzunetta bil-100% televoting. Issa inutli noqoghdu nwahhlu f'xi nota li marret zmerc. Nghid jien hadd mill-kantanti l-ohra ma marritilhom xi nota hazin?

Rigward l-ispettaklu li ppreparajna fuq il-palk din is-sena, jien ma dejjaqnix. Kont forsi nhalli lil Joseph jillimita ruhu ghad-daqq tal-vjolin. One man one job. Il-libsa ta' Olivia kienet sabiha u mbilli kixfet saqajha m'ghamlet l-ebda dnub. Fuq kollox hija tfajla ta' 28 sena.

Jekk nibbojkottjawx il-festival jew le irid jiddeciedi l-bord. Biss l-ispiza ta' dan il-festival ma nahsibx li qed niehdu minnha dak li nixtiequ. Fuq kollox m'hemmx ghalfejn imur kontingent nies kull darba li nitilghu ghall-festival. Hawn xi hadd li jaf ezatt kemm tigi tiswa kull darba din il-mawra? Il-bord jaghti spjegazzjoni ta' min jitla' ghall-Eurovision u ghaliex?

Xorta wahda nawguraw lil Olivia Lewis li fl-ahhar mill-ahhar ghamlet l-almu taghha fuq il-palk. Ahna l-Maltin ghandna nkunu kburin b'kull kantant Malti li jitla jirrapprezentana.

1 comment:

Kevin Bonello said...

Tassew li kien hemm total ta' 3 noti fejn Olivia marret zmerc. L-iktar wahda forsi kienet l-ahhar nota tal-final li zgarrat b'nofs ton sa kemm intebhet u intunat lehinha. Madanakollu jien smajt 3 kantanti ohra b'kollox u jidher li kellhom din il-problema ukoll. Nahseb li kienet rizultat li l-kantanti qajla setghu jisimghu l-muzika ta' madwarhom.

Jiena nemmen li ghandna nibqghu niehdu sehem fil-Eurovision. Il-hela tal-flus hi fil-festival li jsir f'Malta li sar bla sens u qed jeskludi hafna talenti li huma hafna ahjar minn dawk li xbajna nisimghu sempliciment ghax dawn ghad m'ghandhomx fama. Biex tkunu tafu iccekjaw kemm japplikaw biex jiehdu sehem.

Nghid ghalija il-Festival li jsir f'Malta naqtghu, inhalli l-liberta' li l-kantanti ikantaw biex iridu (mhux ma jistghux ikantaw bil-Malti!!!! biex wara kollox l-Ingliz ma hu qed iwassalna mkien...) u biex naghzel il-kanzunetta li se tirrapezentana naghmel short listing ta' kantanti/gruppi godda li ghandhom kanzunetti originali minn kompozituri u awturi GODDA (mhux dejjem l-istess) u minn din il-lista ntella' lil xi hadd bil-polza.

Apparti minn dan naghmilha regola (kieku jien)li min jitla ghal Eurovision ma jistax jerga jiehu sehem darb'ohra biex ihalli spazju lil talenti godda. U nassigurakom li talenti godda hawn. Anke gruppi tajbin immens li ghandhom muzika u diski originali.