Monday, 9 April 2007
Ghaxart elef lira ghall-logo ta' TVM
Ma nafx rajtux il-logo l-gdid ta' TVM. It-tfal tal-primarja jafu jpinguh. Kaxxa rettangolari bajda u ohra hamra fuqha u tvm miktuba fil-genb. Dan il-logo sewa ghaxart elef lira. Waqt il-prezentazzjoni, meta c-cermen Joe Fenech Conti gie mistoqsi kemm gie jiswa dan il-logo ma kienx jaf!!!!! Staqsa lil dawk li hadu hsieb din il-bicca xoghol li minn jaf kemm ghorku jdejhom b'dawn l-ghaxart lira shan shan li hadu biex ghamlu dawn iz-zewg kaxxi!! Lanqas jitwemmnu. Nixtieq inkun naf kif c-cermen ta' kumpanija ta' l-istat ma jkunx jaf kemm se jigi jiswa progett qabel ma fil-fatt isir. Mhux hekk biss. Laqqa l-gurnalisti biex jitkellem dwar il-progett u mid-dehra ma kienx ippreparat ghal dan il-fatt. Misterjuza wkoll kif kienet l-orizzont biss li tkellmet fuq dan is-suggett. Fejn kienu l-gurnali l-ohra? Mela dawk li jhallsu t-taxxa mhux kollha jinteressahom kif jintefqu l-flus? Insomma, kawlata Maltija.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment