Monday, 9 April 2007

Attentat ta' zvilupp hdejn Ta' Hagrat

Xi hadd gietu l-idea brillanti li japplika ghal zvilupp hdejn it-tempji Ta' Hagrat fl-Imgarr. Ergajna bil-blokkok tal-konkrit. Ara tarawx xi pajjiz iehor li jhalli mqar lil min jahseb jaghmel zvilupp hdejn tempji ta' din ix-xorta. Jekk il-MEPA taghti dan il-permess, ghalija jkun skandlu kbir!! Dan biex ma nsemmux li t-tempji ta'Hagrat maghluqin bla access ghall-pubbliku u huma mitluqin.
Kaz skandaluz iehor huma l-fdalijiet fi Skorba li hu mahsub li kienu l-bdiewa li kienu jiffrekwentaw ta' Hagrat. Skorba li hu sit importanti hafna mitluq ukoll.
Skandlu ikbar huwa rigward fdalijiet fil-Bahrija. Il-fosos fil-blat fuq il-quccata ta' l-irdum tal-Bahrija ghadhom ma jistghux jitgawdew mill-pubbliku. Jekk tmur hemm issib nies li jkeccuk u jghidu li din hi proprjeta privata. Dan minn meta 'l hawn sit storiku isir proprjeta privata? Ftit aktar 'l isfel fil-ponta maghrufa bhala Ras il-Knejjes hemm fdalijiet ta' tempju. Parti mill-gebel ta' dan it-tempju ttiehed min-nassaba biex bnew id-duri. Il-ftit li fadal qieghed f'riskju li jintilef ukoll ghax is-sit abbundanat ukoll!!

No comments: