Sunday, 18 March 2007

Il-kacca

Bhalissa zgur li kulhadd induna bil-kwistjoni tal-kacca, il-kaccaturi, il-gvern u l-Kummissjoni Ewropeja. Ma nafx ghaliex il-kaccaturi haduha bi kbira li ma jistghux jikkaccjaw fir-Rebbiegha ghax skond id-Direttiva ta' l-Ghasafar UE kacca fir-Rebbiegha fl-Ewropa ma tistax issir. Ahna zgur li m'ahniex eccezzjoni. Il-Gvern kien qal li fuq dan gab deroga meta fil-fatt jidher li ma gab xejn. Il-Kummissjoni Ewropeja baqghet siekta meta rat lill-Gvern jghid dan qabel ir-Referendum u l-Elezzjoni ta' l-2003. Insomma, kawlata a la Maltija!!!!!!

Jien m'ghandi lil hadd fil-familja li huwa kaccatur u ghalhekk qatt ma kelli dan id-delizzju. Biss dan huwa delizzju rikonnoxxut bil-ligi u ghalhekk sakemm wiehed jikkaccja ghasafar li mhumiex protetti u fil-parametri tal-ligi, kulhadd ghandu jirrispettah.

Biss din tal-kacca fir-Rebbiegha kulhadd kien jafha qabel u jekk il-kaccaturi emmnu li l-Gvern gab deroga u vvutaw iva fir-Referendum, JIDDISPJACINI NGHID, IMMA KIEN TORT TAGHHOM. Anke li kieku l-gvern veru gab deroga, din setghet tigi rtirata fi kwalunkwe hin mill-kummissjoni. Ma nafx ghaliex l-ghaqdiet tal-kaccaturi ma tkellmux car qabel ir-Referendum dwar dak li kien ser jigri. FEJN HUMA N-NIES LI WEGHDU DEROGA QABEL IR-REFERENDUM? FEJN HI L-KONTABBILITA TA' DAWN? KIEKU DAN IL-GIDEB INTQAL F'PAJJIZ IEHOR, DAWN IT-TALIN DIGA KIEN IKOLLHOM JITFGHU R-RIZENJI.

Mill-banda l-ohra ma nafx kif jirragunaw dawn tal-Kummissjoni Ewropeja. Jghidu li l-ghasafar li jpassu fuq Malta, mhumiex taghna biss imma ta' l-Ewropa kollha. Mela allura nghidu ahna meta l-Inglizi joqtlu l-volpi dan mhux fl-Ewropa qieghed? Mhux taghna wkoll? Il-barri fi Spanja mhux ta' l-Ewropej kollha?

1 comment:

Anonymous said...

Ghandek ragun mija fil-mija. Fl-Ewropa aborti jistghu jsiru bla kontrolli ta' numri u l-kacca jridu jikkontrolawha.