Monday, 26 February 2007

mizbla hdejn il-Girgenti


U fil-Girgenti mhux duri tal-kaccaturi biss issib li jkerrhu l-ambjent. L-aktar li jolqtok tara li xi hadd gej b'xi karozza, u minn tieqa miftuha tara xi borza kollha skart tigi mormija. Min iwaddablek xi saqqu u minn xi kocca injam li m'ghandux bzonn.

F'certi partijiet ta' toroq li hemm fil-kampanja fl-inhawi tal-Girgenti dan l-iskart hu r-regola tal-gurnata. U dan qieghed isir meta suppost li ghandna kuxjenza ambjentali u fejn suppost li l-ambjent hu prijorita. Imma fir-realta veru l-ambjent hu prijorita? Din l-Art Helwa nhar is-Sibt ghamlu sew li tkellmu fuq kif l-ambjent qieghed jinqered.

U l-ghaqdiet ambjentali fejn huma? Jitkellmu fuq progetti kbar li jkunu se jservu ta' dannu, izda fuq id-dannu kbir fil-kampanja taghna minn rimi ta' skart, x'inhu jsir? Ma tisma l-hadd jitkellem. Suppost ghandna l-Green Wardens izda kemm dawn qeghdin ikunu effettivi.

Kif jidher f'dan ir-ritratt, din il-parti fil-Girgenti qed isservi ta' mizbla. Facli tmur hemm u tistenna ghal ftit minuti u tara lil xi hadd gej jitfa' z-zibel.

No comments: