Kif stennejna, kien hemm kummenti negattivi fuq l-artiklu dwar l-immigranti. Kull ma ridt nuri b'dawk ir-ritratti kien li skond l-opinjoni tieghi t-tined mhux adattati biex joqoghdu fihom in-nies u qed jaghmlu dehra kerha.
Fl-ebda hin m'ghedt li l-gvern ghandu xi tort jew li l-immigrazzjoni rregolari qed taghmel xi gid lil dan il-pajjiz. Kif diga ghedt ma nistghux inqeghdu lill-immigranti go hotel. Lanqas hadd ma offra (inkluz dawk li jqisu lil kull min jiftah halqu bhala razzist) li johodhom go daru. Fil-fatt hadd m'offra soluzzjonijiet ghal din il-problema.
Pero nemmen li stajna sibna struttura ahjar minn dawn it-tined biex kemm idumu hawn fostna l-immigranti rregolari jghixu daqsxejn ahjar.
Rigward l-immigrazzjoni in generali niddejjaq hafna meta jkun hawn min iqabbel l-emigrazzjoni tal-Maltin lejn l-Awstralja, il-Kanada u ohrajn ma' dak li qed jigri f'pajjizna llum. Bhala bint ta' ex emigrant li ta' dsatax-il sena kellu jhalli l-pajjizu biex isib xoghol f'pajjiz imbieghed, nghidilhom li qed ihalltu l-hass mal-qargha bali. Meta hutna l-Maltin kienu jhallu xtutna kienu jaghmlu dan ghax il-pajjizi kienu jifthu l-bibien ghalihom. Kienu jriduhom. Apparti dan kienu jghaddu minn test rigoruz tas-sahha u kienu jridu jaccettaw ix-xoghol li jtuhom. Kif qed taraw m'ghandu x'jaqsam xejn ma' l-immigrazzjoni rregolari li qed ikollna fil-pajjiz.
Bhala principju naqbel ukoll mal-perjodu ta' detenzjoni basta dan isir f'cirkostanzi umani u dinjituzi. Ma nistghux inhallu nies li dahlu fil-pajjiz b'mod irregolari jigru fit-toroq daqs turisti li dahlu fil-pajjiz bil-passaport. Jekk ahna il-Maltin iffettlilna nidhlu l-Congo b'dghajsa u bla passaport ma nahsibx li jilqghuna bit-tapit ahmar.
Ghalhekk il-problema ta' l-immigrazzjoni rregolari trid tigi mgharbla b'doza ta' sens komun u ftit umanita lejn nies li jisthoqqilhom ir-rispett imma li jridu anke huma juru r-rispett lejn min laqaghhom go pajjizu.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment