Saturday, 17 February 2007

Investigazzjoni - Magni tal-loghob u t-tfal

Investigajna post f'Malta li fih hemm magni tal-loghob ghat-tfal. Wara xi lmenti li wasslulna xi genituri, morna u qattajna hin sostanzjali fl-Orbit li jinsab fil-kumpless Baystreet f'Paceville. Qattajna madwar tlett sighat induru u nosservaw il-post fejn kien hemm ghadd gmielu ta' tfal mal-genituri izda kien hemm ohrajn wahedhom jilaghbu.




Qabel dhalna fil-hanut fittixna sinjali dwar liema etajiet ta' tfal jistghu jidhlu f'dawn il-hwienet. Tabelli ma kien hemm imkien. Fatt li jfisser li f'dan il-hanut jista jidhol kulhadd minn tifel ta tlett snin sa persuni adulti. Ta' min jistaqsi wkoll ghaliex m'hemm l-ebda sinjal li jesigi l-presenza tal-genituri meta kif indikat fuq l-istess loghob hemm minnhom li huma perikoluzi.






Dhalna gewwa. L-ewwel ma nnutajna kien li ghadd gmielu ta' magni jhajru lil min jilghab biex jitfa l-flus u jirbah. Fost affarijiet li jintrebhu kien hemm arloggi u mobajls li hargu fis-suq recentament. Liema tifel jew tifla modern jirrezizti li jitfa l-flus biex jirbah mobajl??? Ovvjament it-tfal ma twaqqafhomx jilaghbu wara li tigihom hazin darba. Qghadna ghal diversi hinijiet biex naraw min jilghab fuqha. Rajna tifel ta' madwar sitt snin ihares imsahhar minn wara l-hgieg wara li kull darba ommu ppruvat tigbdu lura. Rajna wkoll tifla izghar minnu li kif dahlet fl-istabbiliment inkarmet ghal ma' din il-magna. Xi kwarta wara, intefghu l-ewwel flus f'din il-magna sakemm kien ilna hemm. Tlett tfajliet ta' bejn ghaxra u tnax-il sena ttantaw xortihom jirbhu xi mobajl ta' l-ahhar mudell. Ippruvaw kemm-il darba imma qatt ma rnexxielhom jirbhu u dejjem ghal ftit. Fil-fatt kemm domna fuq il-post hadd ma rebah mobajl jew arlogg.


Morna ahna warajhom. Tfajna wkoll il-flus. Biex tirbah il-mobajl trid twaqqaf il-vlegga, li tkun qed iddur b'velocita qawwija, fuq numru li ma jkollux minus quddiemu. Fl-ewwel tentattiv ersaqna qrib; fit-tieni daqsxejn inqas u fit-tielet morna l-bahar. 25c ghalxejn. Tfajna ohra. Gralna l-istess. It-tentazzjoni kienet li terga tilghab. Minn hemm bqajna dehlin 'l gewwa fil-hanut.

Magni tal-loghob ohra li ltqajna maghhom kien fihom machine guns u jwissu lil min qed jilghab biex joqghod attent li ma jwegga' lil hadd. Ta' min jistaqsi ghalhekk jekk hawnx xi ligi li tirregola dawn il-magni f'postijiet iffrekwentati minn tfal zghar. Ta' min jistaqsi wkoll jekk fl-assenza tal-kummissarju tat-tfal, humiex ser jizdiedu l-abbuzi fejn jidhlu gugarelli u loghob tat-tfal. Ta' min jistaqsi wkoll jekk it-twissijiet li kien hemm miktuba fuq dawn il-magni tal-loghob b'tipa zghira u bl-Ingliz jarawhomx u jifmuhomx specjalment it-tfal u wara kollox il-kbar??? Osservajna tifel li kien mitluf wara l-machine gun idawru 'l hawn u 'hinn u allahares jolqot lil min ikun ghaddej. Tfal izghar bdew ghaddejjin minn hdejh u jieqfu jarawh u bilkemm ma jammirawhx. Il-machine gun beda jghaddi ftit centimetri 'l boghod minn wicchom. Mill-istaff li kien hemm fil-hanut hadd ma kien qed jissorvelja x'kien qed jigri lil dan it-tifel u ohrajn. Dan it-tifel li mhux zgur kellu disa' snin kien wahdu fil-hanut.




Komplejna nduru l-hanut fost storbju qawwi ta' muzika, sparar u hsejjes ohra. F'diversi partijiet tal-hanut rajna aktar magni li minnhom tista tirbah mobajls. Rajna loghob iehor pozittiv bhal billiards, loghob li jixbah il-basketball, u ohrajn. Nisperaw li l-awtoritajiet jiehdu l-passi li hemm bzonn biex ma jibqax ikun hemm hallata ballata ta' loghob f'postijiet fejn imorru t-tfal iz-zghar.





Tfal taht l-eta dehlin ma' genituri fl-istabbiliment u ohrajn jilaghbu biex jirbhu l-mobajls

No comments: