Sunday, 4 February 2007

Hmieg fil-kampanja











Meta ser nikbru???? Dawn ir-ritratti migbudin fl-inhawi tal-Lunzjata fir-Rabat. Dan huwa post mill-isbah u nhajrukom tmorru xi passiggata f'dawn l-inhawi. X'hin taslu fejn dawn il-postijiet li qed nuru fir-ritratti, hudu pacenzja u ghattu ghajnejkom biex ma tarawx xi sfregju ghamlu shabna l-Maltin. Minn kollox issib mormi : karozzi qodma, terrapien, tyres flok hitan tas-sejjieh (ma jafux li jinghata sussidju mill-UE ghall-hajt tas-sejjieh), kaxxi ta' kartun jew ohrajn, gijzers, kukers u sahansitra trakk li xi darba kien igorr l-laham iffrizat.

2 comments:

Anonymous said...

Fl-Inhawi tal-Lunzjata Malta mhux Ghawdex

Anonymous said...

B'referenza ghall-hmieg fil-kampanja gewwa l-Lunzjata tar-Rabat Malta, ninsab ferm sorpriz kif is-Sindku Frank Fabri ghadu ma hax passi sabiex dan il-hmmieg fil-kampanja jitnehha. Huwa forsi minnu li dawn jinsabu fuq artijiet privati pero ninsab konvint li dawn in-nies huma maghrufa sew mas-sindku Frank Fabri u nahseb ikun iktar ghaqli ghalih li javvicinhom personalment sabiex jnehhu dan l-isfregju mill-kampanja.