
Mela fl-ahhar jiem morna nduru daqxejn fil-kampanja tal-Wied tal-Girgenti. Post mill-isbah.
Izda f'din il-kampanja taghna tant sabiha, hemm hafna x'ikerrah. Fil-Girgenti laqtuna b'mod partikolari id-duri tal-kaccaturi. M'ghandna xejn kontra l-kaccaturi, izda li tara duri gholjin xi 2 sulari mill-art, mizbughin hodor, bhas-sigar ta' l-akacja u ewkaliptus li nzerghu tahthom, id-dehra hi wahda kerha. Timmaginak f'dawk il-films tal-gwerra tal-Vjetnam, fejn tara torrijiet gholjin li minnhom kienet issir l-ghassa.
Ma nistax nifhem l-awtoritajiet x'qeghdin jistennew biex jibdew jitnehhew dawn id-duri, maghmulin minn hadid u njam. Dan biex ma nsemmux duri ohra mibnija f'nofs l-ghelieqi b'gebel, briks u anke injam.
Jista' xi hadd jiehu azzjoni halli ma nibqghux b'dawn il-gerhiet fil-kampanja taghna?
No comments:
Post a Comment