


Kif tohrog minn dak li suppost hu l-villagg tas-snajja' f'Ta' Qali u tigi biex tirkeb il-karozza tal-linja lejn ir-Rabat jigi ma' wiccek stejg mhux tas-soltu. Stejg tal-misthija f'pajjiz li jiftahar li hu civilizzat u Ewropew fl-2007. Naghtu parir biex hadd ma joqghod go l-istejg. Jekk tkun ix-xita tistghu tiehdu bronkite u tfiqu imma jekk toqoghdu go fih tissugraw li jaqa' s-saqaf u tibqghu tal-post. Kien hemm xi hadd intelligenti li pogga nota li hemm periklu - nassumu li kienet ghat-turisti li juzaw hafna dan l-istejg. Nappellaw lil min hu responsabbli biex jirranga dan l-istejg (ghax jekk incemplu x'imkien kulhadd jghidilna li mhux hu, hi, huma...ta' hadd mhu) halli ma nkomplux indahhqu barranin bina.
No comments:
Post a Comment