
Ghamilna daqsxejn ta' investigazzjoni dwar il-prezzijiet bl-ewro. Sa issa hadd ma ghandu l-obbligu li jkollu prezzijiet doppji fuq il-kont i.e. bil-lira Maltija u bl-ewro. Biss meta ninsabu hames xhur biss boghod minn mindu suppost il-prodotti jkollhom il-prezzijiet biz-zewg muniti nistennew li hafna negozji dan l-ezercizzju messhom ippreparawh b'mod partikolari fejn ikun hemm hafna turisti. Morna l-ajruport - il-mekka tat-turisti. Morna fi tliet stabbilimenti u l-ebda wiehed minnhom ma tana l-prezzijiet bl-ewro. Minkejja l-iskema FAIR jidher li hawn min qieghed jaghzel li jaghmel l-ezercizzju fl-ahhar mument. Wisq probabbli ghax xi negozji hekk ser ikun jaqblilhom biex fl-ahhar mument il-prezz idawruh ghad-dritt kif jaqbel lilhom u mhux lill-konsumatur.
No comments:
Post a Comment