Kemm se ndumu ndahhku n-nies bina?. Kemm se ndumu servili ghall-barranin?. Meta se ndahhlu ftit sens?
Kellna kaz ricenti. Gew AC Milan. Rajna ghageb, xenati, biki u twerziq. L-ghada ergajna koppi. Rajna xeni ohra waqt it-tahrig. Kjuwijiet u sriebet ta' nies biex jidhlu jaraw dan l-imbierek tim jittrenja. It-triq li taghti lejn il-bajja ta' Ghajn Tuffieha, fejn kienu alloggjati l-plejers ukoll kienet mimlija nies, issegwi ftit plejers Braziljani jittrenjaw fuq ir-ramel. Insomma b'dik li ssejhet laqgha f'Malta, dawn l-imberkin plejers lanqas jiccaqilqu ma setghu.
Il-gowlkiper Braziljan, kif spicca t-tahrig litteralment gie nvazat. Nisthajjel li dak il-hin elf hsieb ghadda minn rasu. Il-partitarji bdew jghajtu slogans bit-taljan "Kaka gol' u 'Juve B'. Qishom il-Milan qatt ma waqghu serje B. Mur ghidilhom li waqghu darba minhabba l-imhatri u darba ohra ghax kienu medjokri. F'sitwazzjonijiet bhal dawn, fejn il-fanatici juruk il-passjoni taghhom, ma kienx jonqos li jkun hemm min jipprova jaqla xi lira. Gie organizzat cocktail party. Qalulhom li min kien se jattendi kien se jkollu cans jara lill-plejers, jiehu ritratti maghhom u jiffirmawlu. Ghal dan il-cocktail party marru 1,200 ruh. Nista' nissopponi li l-plejers qabdithom ugiegh ta' ras quddiem dik il-konfuzjoni u genn. Il-plejrs damu hemm biss erba' minuti, ghax telghu jigru lura lejn kamrithom. Id-dizappunt fost dawk li hallsu Lm25 ghal cocktail party kien kbir. L-aktar meta kien hemm min li bilkemm kiel u xorob. Persuna li hassitha frustrata qaltilna "ilhaqt hadt birra u kannol. Hadt ukoll zewg zalzettiet".
U biex din il-farsa karatteristika taghna l-Maltin taghlaq bil-kbir, fuq programm tat-televizjoni mar il-kowc Carlo Ancelotti. Jistaqsu lil dan il-kowc kien hemm tlett persuni li jirrapprezentaw tlett klabbs tal-Milan f'Malta. Wiehed jista' Cuore Rosso Nero, iehor Milan Club, u l-iehor ma nafx x'il mniefah hu. Bdejt nisthajjel lil Ancellotti jistghageb kif fuq din in-naqra ta' blata hawn tlett klabbs. Lanqas fuq klabb tal-futbol m'hu kapaci nzommu ghaqda. Ghal giehna tnejn minnhom habbrulna li kienu ghaddejjin trattattivi biex jiftiehmu. Wara ntwerew filmati ta' x'gara fil-klabb waqt Milan kontra Juventus ghall-Berlusconi Cup. Il-xeni li ntwerew kienu tal-misthija. Ta' l-ahhar se nghid biex taraw f'liema livell naqghu. Il-partitarji bdew jghajtu "Kaka gol' meta Kaka ma kienx qed jilghab. Insomma episodju iehor li jgaghlek tisthi. Imbaghad tisma l-ahbarijiet u minn dan kollu ma tisma xejn. Ma jmurx xi hadd jirfes xi kallu.
Monday, 8 January 2007
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment