Sunday, 24 December 2006

Miskin is-sur ta' l-Imdina!!!!


Ilu fuq xi sena li fl-orizzont deher artiklu dwar bini llegali fuq is-sur ta' l-Imdina. Wara dan ir-rapport inharget enforcement order mill-MEPA. Minn dak iz-zmien 'l hawn kollox baqa kif kien!!!! Il-bini ghadu hemm!!! Qabel minn fejn hu migbud dan ir-ritratt kienet tidher il-koppla tal-knisja tal-Katidral. Issa ma jidher xejn hlief bini jistona ma' swar bi storja. Jien qatt ma bsart li fl-2006 xi hadd joghgbu jibni bini llegali jmiss ma' swar storici u ma jigri xejn!!! Ir-rabja li kelli u ghad ghandi ghal dan li fl-opinjoni tieghi huwa sfregju zdiedet meta ftit 'l boghod dehret tixref tinda fuq is-swar li wara rapport fl-orizzont kienet tnehhiet imma issa telghet wahda ferm izghar. Ma nafux jekk hemmx permess ghal din l-istruttura. Biex tghaxxaq kollox hemm ukoll pajpijiet koroh nezlin mal-genb tas-sur li ma nafx x'uzu ghandhom. Tal-meravilji kif f'dan il-pajjiz kollox jibqa ghaddej minghajr l-icken protesta!! Kien hemm min qalli biex ma nghaggibhiex wara kollox l-istruttura maghmula minn gebel li ma jistonax daqshekk u tidher u ma tidhirx il-koppla tal-Knisja ma taghmilx daqshekk differenza. X'jigifieri? Mela s-sur proprjeta' ta' xi hadd?

1 comment:

Anonymous said...

Il-MEPA jehtieg ikollha il-b*** biex ma thallix iktar bini illegali tiela f'dan il-pajjiz. U jehtieg li din li bini illegali l-ewwel jittella u mbaghad jigi sanzjonat (cioe jinghata permess ghal xi haga illegali) tinqata. Illum qabel ghada ghax ha neqirdux ambjent f'dan il-pajjiz.
Il-MEPA iktar saret awtorità ta' l-ippjanar(!) milli ta' l-ambjent.