Saturday, 9 December 2006

Letteratura




It-tifla tal-ħaddiem u stejjer oħra ta’ Maria Borg Vella

Din il-ġabra ta’ stejjer qosra fihom tema soċjali u għalkemm fittizji huma stejjer li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. Jittrattaw dwar minoranzi u sezzjonijiet ta’ nies li forsi ma tantx nagħtu kashom u ġieli forsi anke umiljajna mingħajr ma nafu bi kliemna u bl-għemil tagħna. L-anzjani abbundanati fl-istituzzjonijiet u fis-soċjeta, il-marda tal-kanċer, ir-razziżmu, il-materjaliżmu, familji b’ġenitur wieħed, l-imħabba lejn l-annimali u l-festi Maltin huma t-temi ewlenin f’dan il-ktieb. Huma temi li nisimgħu ħafna bihom imma li fl-aħħar mill-aħħar ħafna drabi indawru wiċċna għalihom. Forsi ma nintebħux bit-tbatijiet ta’anzjani li qatt ma joħorġu minn darhom, ta’ anzjani li jgħixu weħidhom, ta’ ommijiet li li jafu li dalwaqt ser jitilfu l-familja, tal-ġenituri fit-trobbija ta’ wliedhom u ta’ nies li jħabbtu wiċċhom mar-razziżmu. Għalhekk l-appell għas-sensittivita tal-poplu u t-tifħir għal min jaħdem mal-minoranzi f’pajjiżna.

Dwar l-awtriċi

Maria Borg Vella ggradwat B.Ed(Hons) fl-1998. Hija attwalment għalliema fl-iskola Primarja A Pawlu Xuereb tar-Rabat.
Min irid kopja tal-ktieb ghall-prezz ta' Lm1.50 jista jibghat e-mail fl-indirizz mariaborgvella@yahoo.co.uk

No comments: